Dak li tagħmel l-UE Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE hija mfassla biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej. F’suq kompetittiv, kull kumpanija tistinka biex toffri l-aħjar prodotti u prezzijiet, u biex ittejjeb kemm il-kwalità kif ukoll l-għażla. Iżda meta s-swieq ma jkunux kompetittivi, dan jista’ jwassal għal inqas għażliet, kwalità aktar baxxa u prezzijiet ogħla. Dan jista’ saħansitra jwassal għal telf tal-impjiegi, pagi aktar baxxi u inugwaljanza akbar.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea tissalvagwardja l-kompetizzjoni, billi timmonitorjal-ftehim bejn il-kumpaniji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, bħall-kartellil-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, fejn kumpanija ewlenija tipprova taqla’ l-kompetituri mis-suqfużjonijiet, meta l-kumpaniji jingħaqdu, b’mod permanenti jew temporanjugħajnuna mill-Istat, meta l-gvernijiet nazzjonali jagħtu appoġġ fi kwalunkwe forma lil ċerti kumpanijisussidji minn gvernijiet barra mill-UE lil kumpaniji attivi fl-UEpjattaformi diġitali kbar (’l hekk imsejħa “gwardjani”) li jistgħu jużaw saħħithom fis-suq b’mod li jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni Fatti dwar il-politika tal-kompetizzjoni € 3.5 biljun multi tal-infurzar antitrust fl-2024400 deċiżjonijiet finali dwar il-fużjoni fl-2024613 deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fl-2024 Sors: daqqa t’għajn lejn l-2024 Oqsma ta’ azzjoniAntitrusts u kartelliRegoli li jipprojbixxu l-abbużi tas-saħħa fis-suq u ftehim bejn il-kumpaniji li jkunu jirrestrinġu l-kompetizzjoniFużjonijietIr-regoli tal-UE li jirregolaw l-fużjonijiet tan-negozjiGħajnuna mill-IstatIr-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-IstatRegolament dwar is-Sussidji BarraninL-indirizzar tad-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin lill-kumpaniji attivi fl-UEAtt dwar is-Swieq DiġitaliInżommu s-swieq diġitali ġusti u miftuħaTranżizzjoni Nadifa, Ġusta u KompetittivaTgħallem kif il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tgħin biex tixpruna ekonomija aktar nadifa u aktar ġusta Kisbiet Ewlenin Ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jgħinu biex il-prezzijiet jinżammu baxxi u l-kwalità tal-prodotti tkun għolja għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji. Dan jgħin speċjalment lill-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, li huma l-aktar affettwati meta l-prezzijiet jogħlew.Dan iħaffef ukoll l-innovazzjoni, peress li s-swieq kompetittivi jġiegħlu lill-kumpaniji jtejbu u jinnovaw, u dan iwassal għal prodotti u servizzi aħjar li huma disponibbli għal aktar nies — mhux biss għas-sinjuri, iżda għal kulħadd.Ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE joħolqu kundizzjonijiet ekwi, li jiżguraw li n-negozji kollha jkunu jistgħu jikkompetu b’mod ġust, ikun xi jkun daqshom. Dan jappoġġa għanijiet usa’ bħall-ugwaljanza fl-introjtu, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, jew l-aċċess għal servizzi essenzjali bħall-akkomodazzjoni soċjali. Fil-qosor, ir-regoli tal-kompetizzjoni jippromwovu l-ekwità sabiex is-swieq jaħdmu għal kulħadd u mhux biss għall-atturi l-aktar b’saħħithom.Permezz ta’ inizjattivi bħal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs, Important Projects of Common European Interest), il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tagħti spinta lill-investiment f’setturi strateġiċi, filwaqt li tappoġġa l-innovazzjoni, it-teknoloġija ekoloġika u l-infrastruttura diġitali. Billi tistabbilixxi u tinforza regoli ċari, il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE toħloq inċentivi sodi għall-kumpaniji sabiex jinvestu u jinnovaw. Fl-istess ħin, din tippermetti lid-ditti tal-UE jespandu fis-Suq Uniku kollu, u tgħinhom jikbru f’ambjent ġust u kompetittiv.L-azzjonijiet kontra l-imġiba antikompetittiva bħall-kartelli jew kontra l-fużjonijiet li jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni, iġibu benefiċċji konkreti.Abbażi ta’ metodoloġija żviluppata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organization for Economic Cooperation and Development) huwa stmat li bejn l-2012 u l-2023, l-infurzar tal-kompetizzjoni tal-UE ffranka lill-konsumaturi bejn €12-il biljun u €21 biljun kull sena. Taħt il-lenti Ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin (FSR, Foreign Subsidies Regulation) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tindirizza s-sussidji pprovduti minn gvernijiet barra mill-UE li jidhru li jxekklu s-suq intern tal-UE. Dawn is-sussidji barranin jistgħu jagħtu vantaġġ inġust lill-benefiċjarji tagħhom biex jakkwistaw kumpaniji jew biex jiksbu kuntratti ta’ akkwist pubbliku fl-UE. L-aħħar aħbarijiet 22 Mejju 2026Commission approves €13 million French State aid for fishing companies facing increased fuel prices due to Middle East crisis21 Mejju 2026Commission sends Statements of Objections to several companies concerning synthetic turf cartelsAra kollox Avvenimenti See all the events Tagħrif relatatId-Direttorat Ġenerali għall-KompetizzjoniKonsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika tal-kompetizzjoni Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 21 Ottubru 2025
Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE hija mfassla biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej. F’suq kompetittiv, kull kumpanija tistinka biex toffri l-aħjar prodotti u prezzijiet, u biex ittejjeb kemm il-kwalità kif ukoll l-għażla. Iżda meta s-swieq ma jkunux kompetittivi, dan jista’ jwassal għal inqas għażliet, kwalità aktar baxxa u prezzijiet ogħla. Dan jista’ saħansitra jwassal għal telf tal-impjiegi, pagi aktar baxxi u inugwaljanza akbar.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea tissalvagwardja l-kompetizzjoni, billi timmonitorjal-ftehim bejn il-kumpaniji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, bħall-kartellil-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, fejn kumpanija ewlenija tipprova taqla’ l-kompetituri mis-suqfużjonijiet, meta l-kumpaniji jingħaqdu, b’mod permanenti jew temporanjugħajnuna mill-Istat, meta l-gvernijiet nazzjonali jagħtu appoġġ fi kwalunkwe forma lil ċerti kumpanijisussidji minn gvernijiet barra mill-UE lil kumpaniji attivi fl-UEpjattaformi diġitali kbar (’l hekk imsejħa “gwardjani”) li jistgħu jużaw saħħithom fis-suq b’mod li jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni
Antitrusts u kartelliRegoli li jipprojbixxu l-abbużi tas-saħħa fis-suq u ftehim bejn il-kumpaniji li jkunu jirrestrinġu l-kompetizzjoni
Regolament dwar is-Sussidji BarraninL-indirizzar tad-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin lill-kumpaniji attivi fl-UE
Tranżizzjoni Nadifa, Ġusta u KompetittivaTgħallem kif il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tgħin biex tixpruna ekonomija aktar nadifa u aktar ġusta
Ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin (FSR, Foreign Subsidies Regulation) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tindirizza s-sussidji pprovduti minn gvernijiet barra mill-UE li jidhru li jxekklu s-suq intern tal-UE. Dawn is-sussidji barranin jistgħu jagħtu vantaġġ inġust lill-benefiċjarji tagħhom biex jakkwistaw kumpaniji jew biex jiksbu kuntratti ta’ akkwist pubbliku fl-UE.
22 Mejju 2026Commission approves €13 million French State aid for fishing companies facing increased fuel prices due to Middle East crisis
21 Mejju 2026Commission sends Statements of Objections to several companies concerning synthetic turf cartels