Nappoġġaw lin-nies, insaħħu s-soċjetajiet tagħna u l-mudell soċjali tagħna Ħarsa ġenerali Il-mudell soċjali uniku tal-Ewropa huwa bbażat fuq il-ħolqien tal-prosperità filwaqt li jiżgura li ħadd ma jintesa. Ksibna ħafna, iżda għad baqa’ xi jsir. Il-kriżijiet ta’ dawn l-aħħar snin ħallew impatt fuq l-istandards tal-għajxien ta’ ħafna Ewropej. In-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli u ta’ aċċess għas-servizzi essenzjali, il-faqar u l-inugwaljanzi tal-opportunitajiet jaf idgħajfu l-għaqda ta’ bejnietna.Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna se jkomplu jevolvu. Dan ifisser li jeħtieġ niffukaw l-isforzi tagħna fuq is-sostenn u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja li ngawdu llum. Matul il-5 snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tippromwovi l-ekwità soċjali, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u reġjonali, u tiżgura opportunitajiet indaqs għal kulħadd.X’jaħsbu l-Ewropej? 88% taċ-ċittadini jqisu li Ewropa soċjali hija importanti għalihom54% jemmnu li sal-2030 se jkollna Ewropa aktar soċjaliL-istandard tal-għajxien jitiqies bħala l-aktar prijorità soċjali importanti għall-UE Sors: Ewrobarometru dwar l-Ewropa Soċjali Objettivi Nipprovdu opportunitajiet, stabbiltà u benesseri għal kulħaddInsaħħu l-mudell tas-suq soċjali tagħnabiex niżguraw tranżizzjoni ġusta għal kulħaddNindirizzaw l-inugwaljanza, id-disparitajiet reġjonali u d-diskriminazzjoni Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu fuq dan billiNippromwovu l-ekwità soċjali fl-ekonomija moderna Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ pjan direzzjonali ġdid għal impjiegi ta’ kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ patt ġdid għad-djalogu soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqarse nevitaw u niġġieldu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom Nerġgħu ngħaqqdu s-soċjetajiet tagħna u nappoġġaw liż-żgħażagħ Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa Nibnu unjoni tal-ugwaljanza vera Sabiex noħolqu ugwaljanza veraaġġornajna l-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ u żviluppajna strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunżviluppajna pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri Il-progress s’issa Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom Marzu 2026Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2026–2030 u l-ewwel strateġija dwar l-ekwità interġenerazzjonali li qatt saretJannar 2026Il-preżentazjoni tal-istrateġija kontra r-razziżmu l-ġdidaDiċembru 2025It-tnedija tal-pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbliIl-preżentazzjoni ta’ pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità li jibqgħu validi fil-futur, biex tingħata spinta lill-produttività, lill-prosperità u lill-kompetittivitàNovembru 2025It-tnedija ta’ garanzija tal-ħiliet ħalli l-ħaddiema fil-proċess li jbiddlu l-impjieg jingħataw l-għajnuna biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa fis-setturi strateġiċiMarzu 2025Il-preżentazzjoni tal-unjoni tal-ħiliet, pjan biex jittejbu l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja ta’ kwalità għoljaL-iffirmar ta’ patt konġunt għad-djalogu soċjali Ewropew biex isaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tiswir tal-politiki tas-suq tax-xogħol, tal-politiki tal-impjiegi u tal-politiki soċjali Segwi l-implimentazzjoni tal-prijorità Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Il-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda biex tindirizza l-faqar u l-kriżi tal-akkomodazzjoniIl-faqar jolqot lil wieħed minn kull ħames Ewropej, fosthom lil wieħed minn kull erba’ minorenni, filwaqt li madwar miljun persuna fl-UE jinsabu mingħajr dar. Il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta’ miżuri biex tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-faqar u tal-kriżi tal-akkomodazzjoni, fosthom l-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqar, Garanzija għat-Tfal imsaħħa u azzjoni biex tiġi indirizzata l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni.Aqra aktar Aħbarijiet 20 Mejju 2026Speech by President von der Leyen at the European Parliament plenary debate on ‘High time to deliver on the Single Market, providing certainty and predictability for EU businesses and quality jobs'12 Mejju 2026Statement by Executive Vice-President Mînzatu following the EU-Ukraine High-Level Dialogue on EducationSee more news Suġġetti relatatiIl-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet SoċjaliL-Istrateġija Ewropea għall-impjiegiL-Aġenda għall-Ħiliet għall-EwropaL-ugwaljanza u l-inklużjoniIl-Fond Soċjali għall-KlimaIl-politika reġjonali Min hu inkarigatRoxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaRaffaele FittoIl-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-RiformiHadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-KriżijietDan JørgensenIl-Kummissarju għall-Enerġija u għall-AkkomodazzjoniMichael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-KonsumaturGlenn MicallefIl-Kummissarju għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIs-sigurtà u d-difiżaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ pjan direzzjonali ġdid għal impjiegi ta’ kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ patt ġdid għad-djalogu soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqarse nevitaw u niġġieldu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom
Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa
Sabiex noħolqu ugwaljanza veraaġġornajna l-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ u żviluppajna strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunżviluppajna pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Il-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda biex tindirizza l-faqar u l-kriżi tal-akkomodazzjoniIl-faqar jolqot lil wieħed minn kull ħames Ewropej, fosthom lil wieħed minn kull erba’ minorenni, filwaqt li madwar miljun persuna fl-UE jinsabu mingħajr dar. Il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta’ miżuri biex tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-faqar u tal-kriżi tal-akkomodazzjoni, fosthom l-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqar, Garanzija għat-Tfal imsaħħa u azzjoni biex tiġi indirizzata l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni.Aqra aktar
20 Mejju 2026Speech by President von der Leyen at the European Parliament plenary debate on ‘High time to deliver on the Single Market, providing certainty and predictability for EU businesses and quality jobs'
12 Mejju 2026Statement by Executive Vice-President Mînzatu following the EU-Ukraine High-Level Dialogue on Education
Roxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza
Hadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet
Michael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur