Ċentru tat-Trasparenza
Sir af iktar dwar il-
politiki ta' Google

Il-ħidma biex nilħqu l-għan tagħna li nwasslu informazzjoni siewja lil
kulħadd tibda billi noffru servizzi siguri. Żur iċ-Ċentru tat-Trasparenza
tagħna biex tifhem il-politiki li jħarsu lill-utenti mill-ħsara u l-abbuż u
biex issib informazzjoni dwar kif noħolqu dawn il-politiki u niżguraw li
l-utenti jimxu magħhom.
Naħdmu biex niżguraw is-sigurtà fuq l-internet
-
5.5B
reklami ħżiena mblukkatiFl-2023, imblukkajna biljuni ta' reklami ħżiena fil-prodotti ta' Google biex nipproteġu lill-utenti minn scams.1 -
17-il miljun
vidjo ta' YouTube mneħħijaFit-tieni nofs tal-2023, tneħħew aktar minn17-il miljun vidjow minħabba li kisru l-LinjiGwida għall-Komunità tagħna.2 -
381 elf
Paġni moħbija mir-riżultati tat-tiftixFit-tieni nofs tal-2023 neħħejna 'l fuq minn 381,000 paġna mir-riżultati ta' Tiftix Google għax ġew irrappurtati bħala paġni b'materjal ta' abbuż sesswali fuq it-tfal (CSAM).3
Il-Politiki ta' Google

Inżommu ekosistema diġitali ġenwina
Biljuni ta' persuni jużaw Google kuljum biex jiksbu informazzjoni ta' kwalità
għolja u ta' min joqgħod fuqha fuq l-internet. Aħna nieħdu r-responsabbiltà
tagħna li noffru prodotti u s-servizzi ta' kwalità u li nrawmu l-fiduċja fost
l-utenti tagħna b'serjetà kbira. Ir-regoli tas-servizz, il-politiki
tas-servizzi, il-politiki għall-iżviluppaturi u l-linji gwida għall-komunità
qegħdin hemm biex jgħinuna nilħqu l-għan ewlieni tagħna li nżommu l-utenti
siguri.

Timijiet għall-fiduċja u s-sigurtà
Aħna ninvestu f'riċerka u f'teknoloġija biex niksbu għarfien ikbar dwar kif
il-prodotti u s-servizzi tagħna jistgħu jintużaw ħażin u biex nilqgħu
għar-riskji li jistgħu jfeġġu. It-timijiet tagħna jaħdmu qatigħ biex joħolqu u
jdaħħlu fis-seħħ politiki u standards imsejsa fuq id-dejta u li jistgħu
jaddattaw għan-numru tal-utenti tas-servizzi tagħna. Dawn għandhom l-għan li
jħarsu lill-utenti billi jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi tagħna jintużaw
b'mod responsabbli.
Nilqgħu kontra l-ħsara u l-abbuż fis-servizzi tagħna
Il-firxa ta' oqsma tal-politiki tagħna

Impenn għal trasparenza
Skopri aktar dwar kif fuq bażi regolari noħorġu informazzjoni dwar talbiet
tal-gvern biex ineħħu kontenut, kif ukoll l-azzjonijiet li nieħdu biex
nipproteġu lill-utenti u l-pjattaformi tagħna minn kontenut li jikser
il-politiki jew il-liġijiet lokali tagħna. Sir af ukoll kif
ir-rakkomandazzjonijiet tal-kontenut jaħdmu fil-prodotti u s-servizzi ta'
Google.

Għodod għal feedback dwar il-kontenut, għar-rapportar u għall-appelli
Sib għodod ta' għajnuna sabiex jiġi pprovdut feedback dwar kontenut, biex
isir ir-rapportar u biex jiġu appellati ċerti azzjonijiet ta' infurzar. Sir af
ukoll aktar dwar il-programmi tas-sħab tagħna ddedikati għall-ġlieda kontra
l-ħsara fuq il-web.
Il-mexxejja tagħna
1 Rapport dwar is-Sigurtà ta' Reklami Google, Marzu 2024
2 Rapport tat-Trasparenza dwar il-Linji Gwida għall-Komunità ta' YouTube, Settembru 2023
3 Rapport tat-Trasparenza dwar Materjal ta’ Abbuż Sesswali tat-Tfal (CSAM), Diċembru 2023