Mur għall-kontenut ewlieni
European Union
 
 

L-għajxien fl-Unjoni Ewropea

Drittijietek — u kif tużahom

Iċ-ċittadinanza tal-UE tingħata awtomatikament lil kull min għandu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż tal-UE. Xi drittijiet u benefiċċji ġejjin mil-liġi nazzjonali, u dawn jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Drittijiet oħrajn ġejjin mil-liġi tal-UE u għalhekk huma l-istess fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dawn id-drittijiet tal-UE jestendu għall-ħajja ta’ kuljum – mix-xiri u s-sewqan sal-kura tas-saħħa u kwistjonijiet relatati mal-familja/mar-relazzjonijiet.

Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li tgħix u tiċċaqlaq fl-UE mingħajr ma tiġi ddiskriminat minħabba n-nazzjonalità tiegħek. Bħala konsumatur tista’ tibbenefika wkoll minn protezzjoni akbar minn dik li jagħtik pajjiżek u, sakemm tissodisfa ċerti rekwiżiti, tista’ taċċessa s-servizzi tas-saħħa jkun fejn ikun fl-UE.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 18) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (il-Kapitolu V) jispjegaw id-drittijiet li tagħtik iċ-ċittadinanza tal-UE.

Segwi l-links ta’ hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE li jgħix fl-UE u sir af x’għandek tagħmel jekk drittijietek ikunu nkisru.

Id-drittijiet tar-residenza fl-UE

Informazzjoni dwar drittijietek li tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, id-drittijiet ta’ kwalunkwe membru tal-familja tiegħek biex jingħaqad miegħek, u d-dokumentazzjoni meħtieġa jekk int u/jew familtek tmorru tgħixu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Is-servizzi tas-saħħa madwar l-UE

Informazzjoni dwar drittijietek għal trattament mediku ppjanat jew mhux ippjanat f’pajjiż ieħor tal-UE, id-dokumenti li jkollok bżonn, ir-regoli dwar ir-rimborż, u kif tixtri l-mediċini f’pajjiż ieħor tal-UE u tingħata rimborż.

Id-drittijiet tal-konsumatur u r-rifużjonijiet

Informazzjoni dwar drittijietek u dwar ir-regoli għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi fl-UE. Kif titlob rifużjonijiet u ssolvi t-tilwim.

Il-liġi tal-familja f'pajjiżi oħrajn tal-UE

Informazzjoni dwar drittijietek, u dwar ir-regoli u l-prinċipji tal-UE dwar l-aspetti kollha tal-kwistjonijiet marbutin mal-familja/mar-relazzjonijiet, inklużi l-adozzjoni u l-ħtif tat-tfal, iż-żwieġ, id-divorzju, l-obbligi tal-manteniment tat-tfal, u l-ippjanar/l-immaniġġjar ta’ wirt transfruntier. Issib ukoll pariri dwar kif id-dokumenti pubbliċi jistgħu jiġu aċċettati f’pajjiż ieħor tal-UE.

Il-karozzi u l-liċenzji tas-sewqan

Informazzjoni dwar drittijietek u dwar ir-regoli tal-UE fuq il-karozzi – mix-xiri jew il-bejgħ ta’ karozza sal-ksib jew l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan. Issib ukoll pariri dwar id-dokumenti meħtieġa u l-formalitajiet li għandek issegwi biex tuża l-vettura tiegħek.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 21 April 2026

Morty Proxy This is a proxified and sanitized view of the page, visit original site.